(PR 347/26)

Spezzjonijiet b’rabta ma’ immigrazzjoni irregolari

Matul il-lejl li għadda u kmieni dalgħodu, 19-il immigrant irregolari kienu arrestati mill-Pulizija wara li nqabdu jgħixu f’pajjiżna b’mod irregolari.

Waqt spezzjonijiet fil-Ħamrun u f’Ħal Qormi, il-Pulizija arrestat għaxar persuni ġejjin mis-Sirja, mill-Gambja, mill-Kosta tal-Avorju u min-Niġer. Ħidma oħra li saret f’San Pawl il-Baħar wasslet għall-arrest ta’ disa’ persuni mill-Albanija, mis-Sirja, mill-Ghana, mill-Bangladesh, mill-Gambja u mill-Mali.

Il-persuni kollha qed jinżammu f’ċentru ta’ detenzjoni taħt il-ħarsien tal-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni sakemm issir il-ħidma biex jiġu rilokati lura f’pajjiżhom.

Waqt dawn l-ispezzjonijiet il-Pulizija kienet assistita mill-uffiċjali mill-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni. Malta se tkompli tonora l-obbligi kollha tagħha fil-qasam tal-immigrazzjoni fir-rispett tal-liġijiet tal-pajjiż.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.