Il-Liċenzja tal-Kolletturi, kif regolata mill-Att dwar l-Armi (Kapitolu 480) tal-Liġijiet ta’ Malta, hija liċenzja speċjalizzata għall-individwi li jikkolezzjnaw armi tan-nar, komponenti essenzjali jew tal-munizzjon għal finijiet storiċi, kulturali, xjentifiċi, tekniċi, edukattivi jew ta’ wirt kulturali. Din il-liċenzja hija distinta minn liċenzji oħra tal-armi tan-nar minħabba li tiffoka fuq il-ġbir u l-preservazzjoni tal-armi tan-nar bħala oġġetti ta’ interess, aktar milli għall-użu f’attivitajiet ta’ sparar.

Skop

 

  • Għall-Finijiet ta ’ Kollezzjoni Biss: Il-Liċenzja tal-Kolletturi hija maħsuba għal dawk iddedikati għall-ġbir u l-konservazzjoni ta’ armi tan-nar u munizzjon b’ valuri storiċi, kulturali, jew valuri oħra sinifikanti.

 

  • Attivitajiet Mhux ta’ Sparar: B’differenza mil-liċenzji għall-isport jew għall-kaċċa, il-Liċenzja tal-Kollettur tipikament ma tippermettix l-użu ta’ armi tan-nar għal attivitajiet ta’ sparar.

 

 

Applikazzjoni u Eliġibilità

 

  • Għarfien u Kompetenza: L-applikanti huma mistennija li juru għarfien tal-istorja u l-karatteristiċi tal-armi tan-nar li biħsiebhom jiġbru, kif ukoll il-munizzjon użat ma’ tali armi tan-nar.

 

  • Ħżin sikur: L-applikanti għandhom jikkonformaw ma’ rekwiżiti stretti rigward il-ħżin sikur tal-oġġetti miġbura biex jiġi żgurat li dawn jinżammu b’mod sikur u jiġi evitat aċċess mhux awtorizzat.

 

  • Kundizzjonijiet Speċjali: Il-liċenzja tista’ tinkludi kundizzjonijiet speċifiċi relatati mat-tip u l-iskop tal-kollezzjoni, bħal limitazzjonijiet fuq l-ammont ta’ armi tan-nar jew kategoriji partikolari ta’ armi tan-nar li jistgħu jiġu inklużi fil-kollezzjoni.

 

 

Rekwiżiti u Kundizzjonijiet

 

  • Proċess ta’ Approvazzjoni: L-applikazzjoni għall-Liċenzja tal-Kollettur teħtieġ approvazzjoni mill-Kummissarju tal-Pulizija, ħafna drabi bbażata fuq rakkomandazzjonijiet mill-Bord tal-Armi, li jivvaluta l-adegwatezza tal-applikant u l-leġittimità tal-iskop tal-ġbir.

 

  • Background Check: Simili għal liċenzji oħra tal-armi tan-nar, l-applikanti jridu jgħaddu minn kontrolli biex jivvalutaw l-eliġibbiltà tagħhom abbażi tal-istorja kriminali u fatturi rilevanti oħra.

 

  • Firearms Health Certification Form: L-applikanti huma meħtieġa jissottomettu Firearms Health Certification Form miksuba fi żmien xahrejn qabel l-applikazzjoni jew it-tiġdid tal-liċenzja. ( Niżżel il-formola )

 

  • Dokumentazzjoni u Inventarju: Il-Kolletturi huma meħtieġa jżommu dokumentazzjoni dettaljata u inventarju tal-ġbir tagħhom, inklużi deskrizzjonijiet, numri tas-serje, u sinifikat storiku ta’ kull oġġett.

 

L-Uffiċċju tal-Armi tal-Pulizija

 

Indirizz: Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, Pjazza San Kalċidonju, il-Furjana, FRN 1530

Ħinijiet tal-Ftuħ: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 7:30 AM – 2:15 PM*
(Magħluqin għal kwarta brejk min-12:00 PM sal-12:15 PM)

Imejl: [email protected]

Telefon: 21224001