Fil-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, aħna lesti biex ngħinu l-avveniment tiegħek jimxi b’mod sigur u bla intoppi. Aħna nirrikonoxxu l-importanza tas-sigurtà u l-imminaġġjar tal-folla u għaldaqstant noffru servizzi speċjalizzati għall-organizzazzjoni u s-salvagwardja tal-avvenimenti speċjali tiegħek. Is-servizz tal-Exta Duty tagħna joffri azzjoni professjonali u strutturat skont il-ħtiġijiet diversi tal-avvenimenti tiegħek.


 

Skop

 

  • Provvediment ta’ Servizzi tal-Pulizija f’Avvenimenti Privati: Kemm jekk qed tippjana laqgħa pubblika kbira, ċelebrazzjoni privata, jew kwalunkwe avveniment bejniethom, it-tim tagħna tal-Istaffing & Major Events huwa mgħammar biex jipprovdi l-appoġġ meħtieġ. Is-servizzi tagħna jvarjaw minn kontroll tal-folla, immaniġjar tat-traffiku, kif ukoll sigurtà u protezzjoni, filwaqt li niżguraw li l-avveniment tiegħek jissodisfa l-aspettattivi tas-sigurtà u t-tgawdija għal dawk kollha li jattendu.

 

 

Applikazzjoni u Eliġibilità

 

  • Sottomissjoni tal-Applikazzjoni: Għal mistoqsijiet dettaljati jew biex tagħmel arranġamenti, jekk jogħġbok agħmel kuntatt mat-tim tal-Istaffing & Major Events fuq 21224001 jew permezz tal-imejl fuq [email protected]. Il-professjonisti ddedikati tagħna qegħdin hawn biex jgħinuk fl-ippjanar, il-loġistika, u l-implimentazzjoni ta’ miżuri meħtieġa biex l-avveniment tiegħek ikun suċċess.

 

 

Rekwiżiti u Kundizzjonijiet

 

  • Skop tas-Servizz: Il-provediment tal-kiri tas-servizzi tal-uffiċjali huwa dipendenti fuq id-dmirijiet oħra tagħhom li jeħtieġu jew jantiċipaw l-użu ta’ setgħat tal-infurzar tal-liġi. L-uffiċjali huma ngaġġati biex jiffukaw fuq responsabbiltajiet relatati direttament mal-infurzar tal-liġi u s-sigurtà pubblika.

 

  • Valutazzjoni tar-Riskju: Il-forniment tas-servizzi extra-duty huwa bbażat fuq proċess metikoluż ta’ valutazzjoni tar-riskju tas-sigurtà. Il-klijenti huma mitluba jtuna r-rekwiżiti speċifiċi għall-avvenimenti tagħhom, li jippermettulna nagħmlu evalwazzjonijiet bir-reqqa li jidentifikaw, janalizzaw, u jevalwaw ir-riskji potenzjali għas-sigurtà. Abbażi ta’ dawn il-valutazzjonijiet, aħna niddeterminaw in-numru ta’ uffiċjali u l-miżuri speċifiċi ta’ sigurtà meħtieġa biex dawn ir-riskji jitnaqqsu b’mod effettiv.