Serqa ta' 200kg reżina tal-kannabis

(PR 102/25)

Dan il-lejl għall-ħabta tat-tlieta ta’ filgħodu (0300hrs), il-Pulizija kienet infurmata li kien ġie sgassat kontejner li kien jinsab f’proprjetà tal-Forzi Armati ta’ Malta, f’Ħal Safi.

Il-Pulizija rrikorriet fuq il-post, fejn irriżulta li kontejner bi droga li huwa proprjetà tal-Qorti bħala parti minn inkjesta li tinsab għaddejja u li kien qed jiġi miżmum mill-Forzi Armati ta’ Malta kellu s-siġġilli maqtugħin u kien ukoll jidher sgassat.

Minn stħarriġ li sar irriżulta li madwar 200kg reżina tal-kannabis kienet nieqsa mill-istess kontejner.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat inkwirenti Dr Antoine Agius Bonnici, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.