Raġel ta’ 72 sena arrestat b’rabta ma’ omiċidju doppju fir-Rabat

(PR 388/25)

Illum, għall-ħabta tas-sitta neqsin kwart ta’ waranofsinhar (1745hrs), il-pulizija kienet
infurmata li seħħet sparatura fl-inħawi magħrufa bħala l-Kunċizzjoni, limiti tar-Rabat.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post, fejn hemmhekk sabu żewġt irġiel ta’ 51 u 57 sena

residenti s-Siġġiewi u r-Rabat rispettivament, feruti bi ġrieħi allegatament ikkawżati minn
arma tan-nar.

Fuq il-post irrapporta tim mediku li sfortunatament iċċertifika liż-żewġ vittmi mejta.

L-allegat aggressur li għandu 72 sena u huwa residenti Ħaż-Żebbuġ ġie arrestat mill-Pulizija
għall-ħabta tat-tmienja u nofs (2030hrs).

Minn investigazzjonijiet preliminari tal-pulizija jirriżulta li wieħed mill-vittmi huwa t-tifel tassieħba tal-allegat aggressur, filwaqt li l-vittma l-ieħor huwa r-raġel tat-tifla tas-sieħba talallegat aggressur.

Bil-każ kien infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr Joe Mifsud LL.D li ħatar inkjesta.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.