Raġel miżmum b’rabta ma’ qtil ta’ tajr protett

(PR 519/24)

Il-Ġimgħa għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu (0900hrs), il-Pulizija rċeviet rapport li f’għalqa f’Marsaxlokk, persuna allegatament sparat u qatlet tajra protetta.

Minnufih fuq il-post marru Uffiċjali tal-Pulizija fejn żammew raġel ta’ 42 sena li kien fil-pussess ta’ Russett Griż mejjet.

L-investigazzjonijiet issoktaw fir-residenza tar-raġel f’Ħaż-Żabbar, fejn minn hemm, ġew ikkonfiskati oġġetti tal-kaċċa, fosthom tajr ieħor protett, senter, munizzjon u bird callers.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.