(PR 402/26)

Raġel jitlef ħajtu wara waqgħa

Dalgħodu, għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart (0745hrs), il-Pulizija kienet infurmata li kien seħħ inċident fi Triq Ta’ Ċenċ, is-Sannat, Għawdex.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru jidher li raġel ta’ 76 sena, kien qiegħed jagħmel xi xogħol fir-residenza tiegħu u kien qiegħed fuq sellum meta għal xi raġuni waqa’ għal ġo bitħa interna, għoli ta’ madwar tliet sulari.

Tim mediku ġie msejjaħ fuq il-post iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-Maġistrat Dr Jean Paul Grech LL.D kien infurmat u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.