Raġel jitlef ħajtu wara waqgħa f’Għawdex

(PR 313/25)

Ilbieraħ, għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija (2030hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi blokk ta’ appartamenti fi Triq Giorgio Borġ Olivier, ir-Rabat.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li Indjan ta’ 40 sena waqa’ għoli ta’ madwar ħames sulari f’bitħa interna. Ir-raġel waqa’ wara li pprova joħroġ minn tieqa, minħabba li kien issakkar ġewwa l-apartament fejn jgħix.
Fuq il-post issejjħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku, iżda sfortunatament kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat Dr Simone Grech LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.