Raġel jitlef ħajtu wara argument fil-Bidnija

(PR 319/25)

Illum, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu (0800hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-akwati tal-Bidnija.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li aktar kmieni kienet seħħet ħabta bejn mutur u karozza, fejn ħadd ma kien weġġa’.

Jidher li sussegwentement, waqt li kien hemm l-Uffiċjali tal-LESA biex jagħmlu r-rapport, qam argument bejn iż-żewġ xufiera u x-xufier tal-mutur allegatament ħareġ arma tan-nar u spara xi tiri lejn ix-xufier l-ieħor.

Il-vittma rikeb fil-vettura u pprova jsuq lejn l-isptar, però xħin wasal Burmarrad ċempel għall-ambulanza.

Sfortuntament, il-vittma, raġel ta’ 53 sena residenti l-Bidnija, ġie ċċertifikat mejjet ftit wara li wasal l-isptar, filwaqt li l-allegat aggressur, raġel ta’ 46 sena u jgħix il-Bidnija wkoll, ġie arrestat fuq il-post.

Il-Pulizija għadha għaddejja bi tfittxija għall-arma li ntużat waqt dan il-każ, filwaqt li l-Maġistrat Dr Ian Farruġia LL.D ġie infurmat u ħatar inkjesta.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.