Raġel jitlef ħajtu waqt li kien qed jgħum f’Għawdex

(PR 543/25)

Illum, il-Pulizija ġiet infurmata għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar (1330hrs) b’inċident li seħħ fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra, x-Xagħra, Għawdex.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li Pollakk ta’ 43 sena, sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum.

Fuq il-post huwa ngħata l-ewwel għajnuna mill-għassiesa ta’ salvataġġ tal-Emergency Response and Rescue Corps (ERRC) kif ukoll minn tim mediku mill-Isptar ġenerali t’Għawdex, iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

ll-Maġistrat Dr Brigitte Sultana LL.D ġiet infurmata bil-każ u fetħet Inkjesta Maġisterjali, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.