Raġel jitlef ħajtu f’Tas-Sliema

(PR 113/25)

Norveġiż ta’ 22 sena sfortunatament tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed f’jacuzzi f’residenza f’Tas-Sliema.

Kienu għall-ħabta tal-għaxra u kwart ta’ dalgħodu (1015hrs), meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Viani.

Il-Pulizija, flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei marru minnufih fuq il-post, fejn hemmhekk sabu lir-raġel mitluf minn sensih. Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-Maġistrat Dr Antoine Agius Bonnici LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, madankollu jidher li l-mewta ma tidhirx li hija waħda suspettuża.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.