(PR 194/25)
Irlandiż ta’ 76 sena, sfortunatament tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum.
Ilbieraħ għall-ħabta tas-siegħa neqsin għoxrin ta’ waranofsinhar (1240hrs), l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-għajnuna f’Xatt is-Sajjieda, San Ġiljan.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn innutaw il-persuna fil-baħar u minnufih intalbet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tal-Forzi Armati ta’ Malta. Wara li r-raġel ittella’ l-art, ingħata l-assistenza minn tim mediku, iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL. D kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.