(PR 229/26)

Raġel jitlef ħajtu f’Ħal Qormi

Raġel ta’ 40 sena u jgħix Ħal Qormi, sfortunatament tilef ħajtu waqt li kien qiegħed jaħdem fi triq il-Kaċċatur, Ħal Qormi.

Kienu xi s-sitta ta’ filgħodu (0600hrs), xħin il-Pulizija ġiet infurmata li x’aktarx hemm raġel maqbud fi trakk tal-ġbir tal-iskart. Fuq il-post minnufih marru l-Pulizija flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili fejn ġie kkonfermat ir-rapport.

Sfortunatament, huwa ġie ċċertifakat mejjet fuq il-post.

Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, u kif ukoll dawk tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol, għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.