PR 558 26

Raġel jinstab mejjet f'San Ġiljan


Aktar kmieni llum, għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħodu (0630hrs), il-Pulizija kienu infurmati li kien hemm raġel li allegatament kien bla ħajja fil-Ġnien Spinola, San Ġiljan.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn ġie kkonfermat ir-rapport.

Minnufih bdew l-investigazzjonijiet fejn irriżulta li ftit tal-ħin qabel, allegatament kien seħħ argument bejn il-vittma, Marokkin ta’ 31 sena u l-allegat aggressur, Pollakk ta’ 27 sena.

Irriżulta li l-Pollakk telaq minn fuq il-post iżda wara tfittxija intensiva u permezz ta’ filmati li nġabru, huwa ġie arrestat fl-akwati tal-Bajja ta’ San Ġorġ, madwar siegħa u nofs biss wara.

Il-Maġistrat Dr. Joe Mifsud LL.D. kien infurmat bil-każ u fetaħ inkjesta, mgħejjun minn diversi esperti.

Waqt li vittma ttieħed lejn il-kamra mortwarja fejn mistenni ssir l-awtopsja, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.