(PR 283/26)

Raġel iweġġa’ wara waqgħa f’Santa Venera

Illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar (1200hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa sit li qiegħed taħt kostruzzjoni fi Triq Carini, Santa Venera.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel, li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet u waqa’ għoli ta’ madwar tliet sulari.

Tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew lir-raġel u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, u kif ukoll dawk tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol, għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.