(PR 512/26)

Raġel iweġġa’ serjament wara waqgħa

Illum, għall-ħabta tal-erbgħa neqsin kwart ta’ waranofsinhar (1545hrs), il-Pulizija kienet infurmata b’inċident ġewwa sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Farkizzan, il-Mosta.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru jidher li raġel mill-Bangladesh ta’ 33 sena u jgħix il-Ħamrun, waqa’ ġol-bokka tal-lift waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet, għoli ta’ madwar tliet sulari.

Fuq il-post, ġew imsejħa membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku sabiex jassistu u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D ġie infurmat u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.