Raġel iweġġa’ serjament wara li waqa’ minn xi għoli

(PR 482/25)

Illum, għal xi s-siegħa ta’ filgħodu (0100hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa stabbiliment fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, San Ġiljan.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li Amerikan ta’ 40 sena, għal xi raġuni kien waqa’ madwar sular għoli ġewwa stabbiliment.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei u ambulanza ħadet il-vittma l-isptar sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.