Raġel iweġġa’ serjament fl-Imġarr

(PR 432/25)

Illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar (1200hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza minħabba li raġel kien waqa’ fl-inħawi tal-Għar ta’ Santa Marija ħdejn il-Bajja ta’ Riviera, limiti tal-Imġarr.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post indikat fejn mill-ewwel intalbet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta, kif ukoll ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei u membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Fuq il-post intbgħatet patrol boat u ħelikopter, bdiet l-operazzjoni ta’ salvataġġ u r-raġel, li huwa Franċiż u għandu 18-il sena, ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar
tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D ġiet infurmata bil-każ u fetħet Inkjesta Maġisterjali.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.