(PR 654/25)

Raġel iweġġa’ gravi wara waqgħa

Illum, għall-ħabta tal-erbgħa ta’ filgħodu (0400hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Kbira, il-Mellieħa.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 43 sena u jgħix Ħal Għargħur, daħal f’sit li jinsab taħt kostruzzjoni u waqa’.

Tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew lir-raġel u wara ttieħed
l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard, huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.