Raġel iweġġa’ gravi wara li gidmu l-kelb tiegħu f’San Pawl il-Baħar

(PR 234/25)

Illum, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu (1000hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Frejgatina, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel weġġa’ b’mod gravi wara li mar biex iferraq żewġt iklieb tiegħu li għamlu għal xulxin.

Wieħed minn dawn il-klieb, wara li attakka lil sidu, ħarab minn fuq il-post. Minħabba li dan il-kelb kien meqjus perikoluż ħafna fil-konfront ta’ persuni oħra, intalbet l-assistenza tal-Pulizija, u minħbba l-immedjatezza tas-sitwazzjoni, il-Pulizija kienet kostretta tispara fuqu.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-ġrieħi li ġarrab.

Intalbet ukoll l-assistenza tad-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Jekk titfi dan il-cookie, ma nkunux nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek. Dan ifisser li kull darba li żżur din il-websajt trid terġa' tattiva jew titfi l-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.