Raġel iweġġa’ gravi f’Għawdex

(PR 561/25)

Illum, għall-ħabta tad-disgħa u kwart ta’ filgħodu (0915hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f’sit ta’ kostruzzjoni f’Daħlet Pawluzzu, San Lawrenz, Għawdex.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel mill-Ghana ta’ 36 sena, kien sofra xi ġrieħi waqt li kien qed jaħdem bi grinder.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-
Xogħol għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.