(PR 455/26)

Raġel iweġġa’ gravi f’Bormla

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu (1130hrs) il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Hanover, Bormla minħabba li kien hemm persuna li kellu xi ġrieħi.

Immedjatament il-Pulizija marru fuq il-post u rrizulta li l-vittma, raġel ta’ 49 sena residenti San Pawl il-Baħar, kien intlaqat minn karozza Peugeot, bix-xufier jaħrab bil-vettura minn fuq il-post.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn
ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Investigazzjonijiet intensivi tal-pulizija wasslu sabiex ftit tal-ħin wara nstabet l-karozza involuta fi Triq San Ġorġ f’Bormla u jiġi arrestat l-allegat xufier, raġel ta’ 37 sena residenti Bormla stess.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan il-każ għadhom għaddejjin biex tiġi stabbilita d-dinamika tal-każ.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.