(PR 154/26)

Raġel iweġġa’ f’maħżen in-Naxxar

Raġel min-Nepal ta’ 24 sena u jgħix San Pawl il-Baħar, weġġa’ f’inċident li seħħ għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija (2030hrs), f’maħżen fi Triq it-Tarġa, in-Naxxar.

Mill-investigazzjonijiet illi saru jidher li r-raġel waqa’ madwar żewġ sulari waqt li kien qed jaħdem u sofra xi ġrieħi.

Tim mediku issejjaħ fuq il-post, u wara l-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, u kif ukoll dawk tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol, għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.