(PR 147/26)

Raġel iweġġa’ f’inċident f’barriera

Raġel ta’ 48 sena weġġa’ f’inċident li seħħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ dalgħodu (0700hrs), f’barriera fi Triq Ħ’Attard, Ħ’Attard.

Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li seħħet ħabta bejn trakk DAF misjuq minn raġel ta’ 36 sena residenti l-Imsida u forklifter misjuq mill-vittma.

Tim mediku ġie msejjaħ fuq il-post u r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.