Raġel isofri ħruq f’inċident f’Pembroke

(PR 485/25)

Raġel ta’ 24 sena residenti San Ġwann, sofra ħruq f’inċident li seħħ ilbieraħ filgħodu fl-inħawi tal-White Rocks, f’Pembroke.
Kienu għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu (1100hrs), xħin il-Pulizija ġiet infurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa, illi persuna twasslet l-Isptar Mater Dei minn raġel ieħor permezz ta’ vettura privata u tinsab f’qagħda serja.
Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li r-raġel ta’ 24 sena tefa’ xi fuel biex jaħraq xi kartun u affarijiet oħra tal-plastik u sofra ħruq ikkawżat min-nar li qabad.
Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D. ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.