(PR 439/26)

Raġel isofri ħruq f’inċident fil-Mosta

Raġel ta’ 50 sena, sofra ħruq f’inċident li seħħ ilbieraħ filgħaxija fir-residenza tiegħu stess fi Triq il-Ħtajriet, fil-Mosta.

Kienu għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija (1930hrs), xħin il-Pulizija ġiet infurmata li r-raġel sofra ġrieħi waqt li kien fuq il-bejt tar-residenza. Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li r-raġel sofra ħruq meta għal xi raġuni, fuel li kien qed juża biex iqabbad BBQ ġie fuqu.

Minnufih fuq il-post wasal tim mediku kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li taw l-assistenza. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.