(PR 410/26)

Raġel isofri ġrieħi serji waqt li kien xogħol

Illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar (1200hrs), il-pulizija kienu infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza f’sit tal-kostruzzjoni fil-limiti tal-Università ta’ Malta, l-Imsida.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li ħaddiem ta’ 47 sena residenti Ħaż-Żabbar sofra xi ġrieħi waqt li kien qed jagħmel użu minn makkinarju.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, fejn wara ttieħed l-isptar b’ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija, flimkien ma’ tal-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol, għadhom għaddejjin.