(PR 664/25)

Raġel isofri ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku

Ingliż ta’ 20 sena residenti n-Naxxar sofra ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ filgħaxija f’Ħal Lija.

Il-Pulizija ġew infurmati għall-ħabta tas-sebgħa (1900hrs) li seħħet ħabta fi Triq il-Mosta.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-inċident seħħ bejn Volkswagen Golf misjuqa mir-raġel ta’ 20 sena u Hyundai i20 misjuqa minn raġel ta’ 39 sena mill-Lussemburgu. Passiġġiera fil-Hyundai kien hemm ukoll mara ta’ 41 sena.

Is-Sewwieq tal-Volkswagen kellu jinħareġ mill-vettura bl-assistenza tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku. Wara huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.