Raġel isofri ġrieħi serji f'Għawdex

(PR 462/25)

Raġel ta’ 41 sena mit-Tajlandja sofra ġrieħi serji wara inċident li seħħ il-bieraħ filgħaxija fil-marina tal-Port tal-Imġarr, Għawdex.

Kienu għall-ħabta tad-disgħa u kwart ta’ filgħaxija (2115hrs), xħin il-Pulizija ġiet infurmata li seħħet splużjoni fuq lanċa.


Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn sabet lir-raġel bi ġrieħi u għaldaqstant intalbet l-assistenza medika. Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Membri mill-Forzi Armati ta’ Malta u kif ukoll dawk mill-Protezzjoni Ċivili assistew fil-każ.

Il-Maġistrat Dr Simone Grech LL.D ġiet infurmata bl-inċident u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.