Raġel imfittex b’rabta ma’ serqa f’Tas-Sliema estradit mill-Italja

(PR 378/25)

Taljan li allegatament kien involut f’serqa li saret fi Frar tal-2020, fl-aħħar sigħat kien estradit lejn Malta sabiex jiffaċċja akkużi kriminali fil-Qorti.

Is-serqa kienet saret fit-23 ta’ Frar, 2020, meta żewġ persuni sfaw aggrediti u misruqin minn żewġ persuni, waqt li kienu mexjin fi Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema. Iż-żewġ ħallellin kienu rekbin mutur u wieħed minnhom niżel minn fuqu, ġera lejn il-vittmi, ħataf arloġġ tad-ditta minn idejn wieħed minnhom u ħarbu minn fuq il-post.

Aktar tard, il-mutur instab mill-Pulizija qrib il-Bajja ta’ San Ġorġ, San Ġiljan.

Sussegwentament, wieħed mill-allegati agressuri, Taljan ta’ 50 sena, li kien jifforma parti minn dan iċ-ċirku ta’ serq ta’ arloġġi lussużi, kien ġie arrestat u tressaq il-Qorti akkużat li rrenda ruħu kompliċi f’serqa. Huwa ma kienx ammetta l-akkużi miġjuba kontrih. F’Diċembru li għadda, it-Taljan kien instab ħati mill-Qorti u ġie kkundannat għal piena ta’ seba’ snin priġunerija.

Intant, il-kompliċi l-ieħor kien ħareb lejn l-Italja, fejn ġie arrestat xi żmien wara. Inħareġ Mandat ta’ Arrest Ewropew, u tard il-Ħamis bil-lejl, ir-raġel inġieb Malta taħt arrest minn Ruma, eskortat mill-Pulizija Maltija

It-Taljan se jitressaq il-Qorti llum, għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu (1100hrs), quddiem il-Maġistrat Dr Charmaine Galea LL.D.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.