Raġel imfittex b’rabta ma’ serqa armata
f’San Pawl il-Baħar estradit mill-Italja

(PR 373/25)

Investigazzjonijiet intensivi, b’rabta ma’ serqa armata illi kienet seħħet is-sena l-oħra, wasslu biex ġiet identifikata l-persuna li allegatament kienet involuta fil-każ u li kienet ħarbet minn Malta.

Permezz ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew, Taljan kien arrestat fl-Italja u minnufih bdew proċeduri sabiex jiġi estradit lejn Malta. Fil-fatt, tard it-Tlieta bil-lejl, ir-raġel inġieb Malta taħt arrest minn Ruma, eskortat minn tliet Pulizija Maltin.

It-Taljan kien imfittex b’rabta ma’ serqa li saret fis-16 ta’ Jannar, 2024. Dakinhar, għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxija (2230hrs), raġel daħal f’ħanut tal-logħob fi Triq iċ-Ċern, f’San Pawl il-Baħar, allegatament armat b’sikkina. Huwa ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.

It-Taljan se jitressaq il-Qorti llum, għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħodu (1030hrs), quddiem il-Maġistrat Dr Claire Stafrace Zammit, u jkun akkużat fost oħrajn bl-involviment tiegħu fis-serqa msemmija.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.