Raġel bi ġrieħi gravi f’Għawdex

(PR 218/25)

Nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Mejju, għall-ħabta tan-nofsiegħa (0030hrs), il-Pulizija ġiet infurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa li intalbet l-assistenza medika peress li persuna sofriet xi ġrieħi fi Triq Fuq il-Għajn, f’Għajnsielem.
Minnufih il-Pulizija marret fuq il-post fejn instab raġel ta’ 43 sena residenti x-Xewkija, bi ġrieħi allegatament ikkawżati minn strument li jaqta’ u bil-ponta. L-uffiċjali wettqu tfittxija fl-akwati fejn identifikaw l-allegat agressur, Ġermaniż ta’ 35 sena, fejn ġie arrestat minnufih.
Iż-żewġ persuni ttieħdu permezz t’ambulanza fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn aktar tard ir-raġel ta’ 43 sena kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Jekk titfi dan il-cookie, ma nkunux nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek. Dan ifisser li kull darba li żżur din il-websajt trid terġa' tattiva jew titfi l-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.