Raġel arrestat wara sparatura f'Raħal Ġdid

(PR 437/25)

Ilbieraħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija (2100hrs), il-pulizija ġiet infurmata li kienet seħħet sparatura waqt argument fi Triq Melita, Raħal Ġdid.

Minn investigazzjonijiet preliminari, irriżulta li raġel ta’ 33 sena kien allegatament spara tiri b’arma tan-nar waqt argument li kellu ma’ tlett irġiel oħra u mal-wasla tal-pulizija huwa ingħalaq waħdu fir-residenza tiegħu li tinsab fl-istess triq.

Il-pulizija tkellmu mal-allegat aggressur u wara ftit tal-ħin dan fetaħ il-bieb u ġie arrestat, filwaqt li fir-residenza, il-pulizija sabet ukoll l-arma tan-nar li allegatament intużat.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin filwaqt li bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat Dr Monica Galea LLD.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.