Raġel arrestat wara sparatura fil-Birgu

(PR 502/25)

Illum, għal xi s-siegħa ta’ waranofsinhar (1300hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Qalb ta’ Ġesu, il-Birgu.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post, fejn hemmhekk sabet raġel ta’ 33 sena residenti Bormla ferut bi ġrieħi allegatament ikkawżati minn arma tan-nar.

Fuq il-post irrapporta tim mediku li ta l-għajnuna u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat f’qagħda serja.

L-allegat aggressur li għandu 70 sena u huwa residenti l-Birgu ġie arrestat mill-Pulizija fil-viċinanzi fejn seħħ il-każ.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D li ħatret Inkjesta Maġisterjali.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.