Raġel arrestat wara sejba ta’ droga

(PR 546/25)

Raġel ta’ 44 sena residenti l-Belt Valletta, il-Ħamis ġie arrestat wara li fil-pussess tiegħu nstabu ammont konsiderevoli ta’ qratas b’sustanzi suspettati kokaina u eroina, allegatament bi skop ta’ traffikar, bil-valur fi triq ilaħħaq l-€14,000.

Wara jiem ta’ investigazzjonijiet fuq suspett, il-Pulizija nnutaw lir-raġel isuq vettura fil-Marsa. Huwa twaqqaf minnufih, però kif lemaħ lill-Pulizija, deher jarmi borża mill-karozza.

Minħabba suspett raġjonevoli, saret tfittxija fuqu u fil-karozza, fejn instabu mal-210 qartas bi droga suspettati kokaina u 69 qartas bi droga suspettata eroina, kif ukoll ammont ta’ flus kontanti.


B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali, waqt li r-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija l-Furjana. Huwa mistenni jitressaq il-Qorti, illum, għal xi l-ħdax ta’ filgħodu (1100hrs) quddiem il-Maġistrat Dr Victor Axiak LL.D.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.