(PR 199/26)

Raġel arrestat f’Raħal Ġdid b’rabta ma’ droga

Raġel ta’ 28 sena residenti Raħal Ġdid, ġie arrestat mill-Pulizija fi Ġnien Toni Bezzina b’rabta ma’ pussess aggravat tad-droga.

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħodu (1030hrs), waqt li l-pulizija kienu fuq ronda bil-pass fl-akwati, waqqfu lir-raġel, fejn minn tfittxija li saret fuqu nstab baskett tal-karti u li ġo fih li kellu żewġ boroż kbar issiġġillati u mimlija b’sustanza suspettata buds tal-kannabis.

Tfittxija oħra saret fir-residenza tiegħu fi Triq Kordin, Raħal Ġdid, fejn instabet iżjed sustanza suspettata kannabis, b’total ta’ madwar nofs kilo, flimkien ma’ oġġetti relatati oħra marbuta mad-droga.

Huwa mistenni jitressaq il-qorti fil-ġranet li ġejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.