Raġel arrestat fil-Marsa waqt kontroll tat-traffiku

(PR 21/25)

Ilbieraħ għall-ħabta tat-tlieta u kwart ta’ waranofsinhar (1515hrs), waqt kontroll tat-traffiku ta’ rutina li sar ġewwa Triq is-Salib tal-Marsa, il-Marsa, il-Pulizija osservaw vettura taqbeż it-traffiku u ddawar id-direzzjoni wara li x-xufier nnota l-preżenza tal-pulizija.
L-uffiċjali minnufih segwew din il-vettura, Range Rover, u għamlu sinjal lis-sewwieq biex jieqaf fejn eventwalment l-vettura twaqqfet.
Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li s-sewwieq, li għandu 19-il sena, ma kellux liċenzja tas-sewqan jew assigurazzjoni valida. Ġie ukoll ikkonfermat li huwa kien qed jikser xi kundizzjonijiet tal-Qorti b’rabta mal-ħelsien mill-arrest.
Fil-vettura mar-raġel ta’ 19-il sena kien hemm ukoll żewġ minuri ta’ 11 u 12-il sena.
Huwa ġie arrestat, filwaqt li l-vettura nġabret bħala parti mill-investigazzjonijiet.
Aktar tard illum huwa ser jitressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Dr. Abigail Critien LL.D.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.