(PR 200/26)

Raġel arrestat b’rabta mat-traffikar tad-droga f’Tal-Pietà

Ilbieraħ filgħodu, għall-ħabta tal-għaxra (1000hrs) waqt li l-pulizija kienu qed iwettqu sorveljenza fl-inħawi tal-Isptar San Luqa f’Tal-Pietà, innutaw raġel ġo vettura li qajjem suspett li seta’ kien involut fit-traffikar tad-droga fl-inħawi.

Ir-raġel li għandu 25 sena u huwa residenti l-Belt Valletta twaqqaf mill-pulizija, fejn minn tfittxija li saret fuqu, kif ukoll fil-vettura tiegħu nstabu diversi qratas b’sustanzi suspettati kokaina, eroina u kannabis, flimkien ma’ ammont ta’ flus kontanti.

Huwa ġie arrestat u mistenni jitressaq il-qorti fis-sigħat li ġejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.