(PR 172/26)

Raġel arrestat b’rabta mat-traffikar tad-droga fil-Ħamrun

Ilbieraħ għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar (1530hrs), waqt li l-pulizija kienu fuq ronda fi Trejqet San Pietru, fil-Ħamrun innutaw persuna li kien allegatament qed jgħaddi pakkett b’sustanza suspettata droga lil persuna oħra.

Ir-raġel, Libjan ta’ 36 sena, ġie mwaqqaf mill-pulizija fejn minn tfittxija li saret fuqu, instabu

28 qartas b’sustanza suspettata droga sintetika, flimkien ma’ ponn tal-ħadid u ammont ta’ flus kontanti.

Il-pulizija wettqet ukoll tfittxija fir-residenza tar-raġel fi Triq il-Farfett, il-Marsa, fejn hemmhekk instabet iżjed droga sintetika, flimkien ma’ blokki ta’ sustanza suspettata reżina tal-kannabis u oġġetti oħra relatati mat-traffikar tad-droga.

Ir-raġel se jitressaq il-qorti llum għall-ħabta ta’ nofsinhar, quddiem il-Maġistrat Dr Claire Stafrace Zammit LLD.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.