Raġel arrestat b’rabta ma’ traffikar tad-droga

(PR 385/24)

Raġel ta’ 23 sena kien arrestat fil-Belt Valletta b’rabta ma’ allegat traffikar ta’ droga kannabis.

Nhar il-Ħamis li għadda, għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar (1600hrs), waqt li l-Pulizija kienu fuq ronda fi Triq Melita, innutaw vettura li kienet qed tinstaq kontra d-direzzjoni tat-traffiku u għalhekk twaqqfet sabiex tinħareġ kontravenzjoni. Kien f’dak il-mument li x-xufier qajjem suspett li seta’ kellu xi ħaġa llegali.

Minn tfittxija li saret, irriżulta li r-raġel kien fil-pussess ta’ madwar 90 gramma sustanza suspettata droga kannabis, kif ukoll ammont ta’ flus kontanti.

Ir-raġel ġie arrestat u ttieħed l-Għassa tal-Pulizija fejn tkomplew l-investigazzjonijiet.

Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL. ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

Huwa qiegħed jinżamm arrestat fil-lock-up tal-Pulizija l-Furjana u mistennija jitressaq il-Qorti llum, għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħodu (1030hrs) quddiem il-Maġistrat Dr Kevan Azzopardi LL.D D

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.