Raġel arrestat b’rabta ma’ traffikar tad-droga fil-Marsa

(PR 501/24)

Sorveljanza kontinwa tal-Pulizija b’rabta ma’ traffikar tad-droga fil-Marsa wasslet għall-arrest ta’ Somalu ta’ 36 sena.

Wara informazzjoni li f’residenza fi Triq Doublet allegatament kien qiegħed isir traffikar tad-droga, il-Pulizija bdiet sorveljar fuq din ir-residenza għall-movumenti suspettużi. Ilbieraħ, il-Pulizija nnutat lir-raġel ħiereġ minn din ir-residenza u bdiet issegwih sakemm innutawh jagħti xi pakketti lil xi nies u jirċievi lura xi flus

Għaldaqstant, is-Somalu twaqqaf fi Triq Azzopardi, waqt li kien fil-preżenza ta’ raġel ieħor. Saret tfittxija fuqu, fejn instab li kien fil-pussess tad-droga allegatament kannabis u flus kontanti. Saret ukoll tfittxija fuq ir-raġel l-ieħor, fejn instab li kellu ammont ta’ droga suspettata kannabis li allegatament kien għadu kemm xtara mingħand is-Somalu. Huwa ġie arrestat u ttieħed l-għassa sabiex jassisti fl-investigazzjonijiet.

Waqt li anke s-Somalu ta’ 36 sena ġie arrestat, il-Pulizija komplew l-investigazzjoni tagħhom fir-residenza tas-Somalu, fejn tfittxija oħra wasslet għas-sejba ta’ ammont ta’ droga allegatament kokaina u kannabis, diversi oġġetti oħra relatati mat-traffikar tad-droga u ammont ta’ flus kontanti.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat Dr Anthony Agius Bonniċi LL.D li ħatar inkjesta.

Is-Somalu qiegħed jinżamm arrestat fil-lock-up tal-Pulizija l-Furjana u mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tan-nofsiegħa (1230hrs) quddiem il-Maġistrat Dr Caroline Farruġia Frendo LL.D.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.