(PR 638/25)

Raġel arrestat b’rabta ma’ serqa

Investigazzjonijiet b’rabta ma’ serqa li saret minn ħanut tal-merċa wasslu biex ilbieraħ filgħodu, l-allegat suspettat, raġel ta’ 29 sena mill-Ghana, ġie arrestat.

Il-każ seħħ fid-29 ta’ Novembru li għadda, meta għal xi d-disgħa u nofs ta’ filgħaxija (2130hrs), ħalliel, allegatament armat b’sikkina, daħal f’ħanut li jinsab fi Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera u talab l-flus lill-kaxxiera, mara ta’ 35 sena min-Nepal. Il-mara ippruvat taħrab però ir-raġel żammha. Huwa ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.

Tim mediku assista lill-mara li ttieħdet permezz t’ambulanza l-Isptar Mater Dei ghal osservazzjoni, fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet ħafif.

Investigazzjonijiet intensivi wasslu biex fl-aħħar sigħat il-Pulizija identifikat u arrestat lis-suspettat fl-Imġarr. Huwa mistenni jitressaq il-qorti fil-ħin li ġej.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.