(PR 616/25)

Raġel arrestat b’rabta ma’ sejba tad-droga

Kolumbjan ta’ 31 sena ġie arrestat wara investigazzjonijiet fuq suspett ta’ traffikar tad-droga. Huwa ġie arrestat il-Ġimgħa, għal xi d-disgħa ta’ filgħaxija, f’Sa Maison.

Dan wara li investigazzjoni wasslet għal tfittxija fuq ir-raġel u nstab fil-pusses ta’ pilloli suspettati ecstasy, kif ukoll aktar minn €1,000 fi flus kontanti. Saret ukoll tfittxija fir-residenza fl-Imsida, fejn minbarra li nstabu aktar minn €2,000 oħra fi flus kontanti, il-Pulizija elevat sustanzi oħra suspettati kannabis, katamina, kokaina u MDMA, li l-valur ilaħħaq madwar €21,000.

Il-Kolumbjan se jitressaq il-Qorti akkuzat b’allegat traffikar tad-droga, illum, għal xi l-ħdax u nofs ta’ filgħodu (1130hrs) quddiem il-Maġistrat Dr Yana Micallef Stafrace LL.D.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.