(PR 599/25)

Raġel arrestat b’rabta ma’ diversi serqiet

Fl-aħħar sigħat, Albaniż ta’ 24 sena ġie arrestat wara investigazzjonijiet bla waqfien b’rabta ma’ diversi serqiet li ġew irrapportati matul l-aħħar xhur.

Il-Pulizija kienu ġew infurmati li persuna daħlet fi proprjetajiet u serqet numri ta’ affarijiet li jvarjaw bejn flus kontanti, basktijiet tal-ħaddiema, laptops, mobiles u apparat ieħor elettroniku, fost oħrajn.

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li s-serq sar minn lukandi u ristoranti f’San Ġiljan, uffiċini privati f’Ħal Qormi u minn residenza tal-anzjani f’Ħal Luqa.

Wara li ġew analiżati numru ta’ filmati mill-postijiet fejn seħħew is-serq, kollha indikaw li allegatament kienet l-istess persuna li wettqet ir-reat.

L-investigazzjonijiet intensivi waslu biex ġie identifikat l-allegat ħalliel, u dan wassal ukoll għall-arrest tiegħu.

Huwa mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.