Raġel arrestat b’rabta ma’ attentat ta’ serqa f'Għawdex

(PR 686/24)

Investigazzjonijiet tal-Pulizija wasslu għall-arrest ta’ raġel ta’ 38 sena, b’rabta ma’ attentat ta’ serqa fil-Katidral t’Għawdex.

Nhar il-Erbgħa, għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħodu (0500hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Bieb l-Imdina, ir-Rabat, Għawdex.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u mill-investigazzjonijiet irriżulta li żewġ persuni mgħammda ppruvaw jisgassaw bieb u jidħlu fil-Katidral però ma ma rnexxilhomx għax dak il-ħin għadda uffiċjal tas-sigurtà, u kif rawh ħarbu minn fuq il-post.

Immedjatament bdew l-investigazzjonijiet u t-tfittxijiet għall-persuni involuti li wasslu biex ġie identifikat ir-raġel, li jgħix iż-Żebbuġ, Għawdex, bil-Pulizija tarrestah ilbieraħ filgħodu.

Waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, is-suspettat mistenni jitressaq il-Qorti t’Għawdex, illum, għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ waranofsinhar (1630hrs), quddiem il-Maġistrat Dr Brigitte Sultana LL.D.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.