Raġel arrestat b’rabta ma’ allegat importazzjoni ta' kokaina

(PR 527/25)

Grieg ta’ 37 sena ġie arrestat wara sejba ta’ 25 kilogramma sustanza suspettata kokaina li kienet se tiddaħħal Malta minn Sqallija, b’valur fis-suq li jlaħħaq madwar €1.5 miljun.

Huwa twaqqaf waqt kontrolli fuq vetturi li kienu neżlin mill-katamaran il-Ħamis filgħaxija. Ir-raġel kien qiegħed isuq Opel u beda jaġixxi b’mod suspettuż.

Il-vettura ttieħdet fil-garaxx tal-Pulizija u minn tfittxijiet li saru, f’kompartamenti foloz tal-injam li kien hemm fil-ġenb tal-karozza, instabu 25 pakkett bid-droga, b’kilo droga f’kull pakkett.

Bis-sejba kien infurmat il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D li ħatar inkjesta.

Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija l-Furjana u mistenni jitressaq il-Qorti illum, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu (1130hrs) quddiem il-Maġistrat Dr Gabriella Vella LL.D.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.