Raġel arrestat b’rabta ma’ allegat importazzjoni ta’ droga

(PR 444/25)

Taljan ta’ 29 sena ġie arrestat mill-pulizija wara li twettqet konsenja kkontrollata. L-investigazzjoni bdiet meta ġie identifikat pakkett li kien ġej minn barra minn Malta, b’sustanza suspettata MDMA.

Nhar il-Ħamis filgħodu, il-pulizija qassmet dan il-pakkett fl-indirizz imniżżel fil-Gżira u arrestat lit-Taljan li ġabar l-pakkett.

Il-pakkett kien jikkonsisti f’madwar 4 kilogrammi MDMA, b’valur fit-triq ta’ €200,000.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum għal ħabta tal-ħdax u nofs ta’ dalgħodu (1130hrs) quddiem il-Maġistrat Dr Y. Micallef Stafrace LL. .D.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.