(PR 436/26)

Pulizija aggredit u ferut f’San Ġiljan

Surġent tal-Pulizija sofra ġrieħi f’rasu wara li safa aggredit minn persuna waqt il-qadi ta’ dmirijietu, f’San Ġiljan.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-erbgħa ta’ dalgħodu, meta l-Pulizija intervjeniet f’argument bejn erba’ Maltin – żewġt irġiel u żewġ nisa – fi Triq San Ġorġ.

Waqt li l-Pulizija kienu qegħdin jippruvaw jikkalmaw is-sitwazzjoni, wieħed mill-irġiel kompla jkun aggressiv u ġie arrestat. Kien f’dan il-mument li raġel ieħor, Malti, li ma kienx involut fl-argument oriġinali, iżda li x’aktarx kien jaf lil persuna arrestata, beda jagħti bil-ponn fuq ras is-Surġent, li min-naħa tiegħu ddefenda ruħu.

Għalaqstant, waqt li l-pulizija kienet qiegħda tipprova twaqqaf din l-aggressjoni, inqalgħet kommossjoni, fejn dan ir-raġel tal-aħħar sofra xi ġrieħi u qiegħed jingħata kura medika.

Is-Surġent tal-Pulizija ddaħħal l-isptar għal kura minħabba l-ġrieħi li sofra.

L-investigazzjoni għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.