Press Release by the Ministry for Education, Sport, Youth, Research and Innovation, the Ministry for Home Affairs, Security and Employment together with the Police


It-Tnejn filgħodu l-Pulizija ta’ Malta, kienet infurmata li l-iskejjel tal-pajjiż kienu rċivew theddida ta’ bomba permezz ta’ email identika li ntbgħatet lill-iskejjel tal-Istat u kif ukoll lill-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti.

Minnufih bdew l-investigazzjonijiet mis-sezzjoni tas-Cyber Crime fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, u bdiet ħidma konġunta bejn il-Pulizija, il-Forzi Armati ta’ Malta u l-Ministeru għall-Edukazzjoni biex tkun assigurata s-sigurtà ta’ kull persuna f’dawn l-iskejjel.

Wara li sar l-assessjar u l-konsultazzjoni mal-Forzi tal-Ordni u l-awtoritajiet rispettivi, ġie determinat li t-theddida ma kinitx speċifika. Madanakollu, ittieħdu l-azzjonijiet kollha neċċessarji biex tiġi assigurata s-sigurtà tal-istudenti u tal-istaff. L-iskejjel eventwalment komplew bil-lezzjonijiet.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni ser ikompli jsegwi s-sitwazzjoni filwaqt li l-Forzi tal-Ordni ser ikomplu għaddejjin bl-investigazzjonijiet.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.