(PR 314/26)

Persuni jweġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku

Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li lbieraħ weġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku.
L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu (1130hrs), fi Vjal l-Indipendenza, il-Mosta.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li mara ta’ 65 sena residenti Ħaż-Żebbuġ intlaqtet minn mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti San Ġwann.
It-tieni inċident ġara għall-ħabta tal-ħamsa nieqes kwart ta’ waranofsinhar (1645hrs), fi Triq Sant’ Andrija, Pembroke. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Yaris Cross misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti l-Mosta u mutur Benelli misjuq minn raġel ta’ 27 sena residenti l-Imsida.
Tim mediku ta’ l-assistenza fiż-żewġ inċidenti, fejn il-mara ta’ 65 sena u r-raġel ta’ 27 sena, ttieħdu l-isptar b’ambulanza, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu b’mod gravi.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.